Chat with us

Please be informed that all our offices will be closed on Friday 29th March 2024.  Our branches, with the exception of those in Gzira and Valletta, will be open on Saturday 30th March 2024. Thank you.

    
Published on
Intervista ma' Josephine

 

F’GasanMamo Insurance ċċelebrajna l-ħidma li wettqet Josephine fil-kumpanija tagħna matul dawn l-aħħar snin.   Aħna ħassejna li qabel tirtira mix-xogħol nieħdu l-opportunitá sabiex nirringrazzjawha tal-ħidma tagħha fil-kumpanija.  

 

Josephine (magħrufa aktar bħala Ġuża) kienet impjegata rrispettata u maħbuba minn kulħadd. Tkellimna ma’ Josephine dwar iż-żmien tagħha bħala impjegata ta’ GasanMamo; il-post tax-xogħol fejn hi stess tiddeskrivih bħala l-post fejn sabet it-tieni familja tagħha.

Josephine, daqt wasalt għall-irtirar mix-xogħol.  Kemm ilek taħdem ma’ GasanMamo Insurance u liema huma l-isbaħ memorji li għandek fuq il-post tax-xogħol?

 

Ilni naħdem ma’ GasanMamo għal dawn l-aħħar 26 sena, parti kbira minn ħajti qattajtha hawnhekk u għandi ħafna memorji sbieħ fosthom dawk li  qattajt mal-kollegi tiegħi f’okkażjonijiet varji u avvenimenti organizzati matul is-snin (Boat trips, GMI day etc.)

 Issa li wasalt biex tirtira, lesta li tieqaf taħdem għal kollox?  Ser tħoss in-nuqqas tal-kollegi tiegħek?

 

 

Iva, f’dan il-mument nista’ ngħid li lesta li nieqaf naħdem għalkemm naf li qatt ma jien ħa nieqaf għalkollox għax żgur insib x’nagħmel speċjalment man-neputi tiegħi. Ser nħalli ħafna memorji sbieħ u kollegi li saru parti mill-familja tiegħi.  Għandi kollegi li ilni nafhom għal dawn l-aħħar 26 sena, ħafna minnhom għadhom jaħdmu miegħi u oħrajn sfortunatament m’għadhomx magħna, iżda għandhom post speċjali ġewwa qalbi.  

 

Meta tirtira jkollok aktar ħin tgawdi l-familja u l-ħbieb.  Qed tagħmel xi pjanijiet kif se tqatta’ dan il-ħin liberu?  

 

 

Iva ser nqatta’ ħafna aktar ħin mal-familja tiegħi u ngawdi aktar in-neputi tiegħi.  

 

 

Minbarra l-familja, x’inhu l-aktar li qed tistenna li tagħmel bil-ħeġġa meta tirtira?  Għandek xi passatempi partikolari?

 

Jien minn dejjem nħobb ħafna l-krafts u issa nista’ niddedika aktar ħin għal dan il-passatemp. Barra minn hekk nixtieq inkompli nitgħallem aktar il-kompjuter.

 

Qiegħda tippjana li se ssiefer f’pajjiżi li qatt ma żort qabel?  Jekk iva, tista’ tgħidilna liema huma?

 

 

F’dan il-mument le. Jien nħobb insiefer ħafna u ma nistax ngħid li nieqsa mis-safar.  Wieħed mill-aktar pajjiżi li nħobb huwa l-Ingilterra speċjalment Londra.   

 

 

Hemm xi ħaġa partikolari li tinkwetak issa li se ssir pensjonanta?

 

Xejn, naħseb aktar hemm vantaġġi.

 

 

X’parir tagħti liż-żgħażagħ li għadhom kif daħlu fid-dinja tax-xogħol?

 

Li jaħdmu bilgħaqal, jirrispettaw il-valuri inkluż il-valur tal-flus u fejn jistgħu jibqgħu jistudjaw waqt li jirrispettaw lil ta’ madwarhom.