Heritage Malta laqghet l-ghotja tas-somma ta’ Lm15, 000 mill-kumpanija GasanMamo Insurance Ltd. li ser tintuza esklussivament ghal xoghlijiet ta’ tisbih li diga nghataw bidu fl-Armerija tal-Palazz, fil-Belt Valletta. Is-somma ser tinghata tul perjodu ta’ tlett snin.
Filwaqt li wera l-apprezzament tieghu ghall-appogg tal-kumpanija ta’ l-assikurazzjoni lejn il-wirt kulturali Malti, ic-Chairman tal-Heritage Malta Dr. Mario Tabone spjega kif din id-donazzjoni ser taghti spinta ‘l quddiem lill-progett ta’ arrangament mill-gdid tas-sit. Dr. Tabone spjega kif, bl-artifatti li ghandha l-Armerija, dan is-sit jirrikjedi attenzjoni specjali. Zied jghid li l-aspirazzjonijiet ta’ l-agenzija ghal dan is-sit, li huwa fost l-aktar monumenti storici ta’ valur tal-kultura Ewropea, huma hafna. Dr. Tabone qal li x-xewqa ewlenija hija li l-kollezzjoni tirritorna fil-lok originali taghha fil-Palazz tal-Granmastru, li bhalissa jitlaqqa fih il-Parlament. Bhalissa l-kollezzjoni qeda ghall-wiri fis-sular t’isfel tal-Palazz fejn il-livell ta’ l-umdita’ huwa pjuttost gholi.
Fuq nett tal-lista ta’ l-affarijiet li ser isiru bil-fondi moghtija minn GasanMamo hemm l-istallazzjoni ta’ pannelli b’informazzjoni dettaljata fuq l-artefatti li ser jitpoggew bejn l-armaturi. Ser jinxtraw ukoll stands iddisinjati apposta biex izommu l-armi. Dan l-ahhar il-kollezzjoni ta’ l-Armerija giet organizzata b’mod kronologiku u wiehed jista’ jaghmel ukoll uzu mis-servizz il-gdid ta’ l-audio guides li huma offruti f’sitt lingwi. Parti mill-fondi ser imorru ukoll ghall-izvilupp ta’ programmi edukattivi li sa mit-twaqqif ta’ l-agenzija nghataw importanza kbira.
Minn naha tieghu l-Managing Director ta’ GasanMamo, Albert Mamo qal li d-donazzjoni tikkonferma r-responsabilita’ socjali tal-kumpanija u l-impenn li ghandha lejn il-xoghol ta’ Heritage Malta u lejn il-preservazzjoni tal-wirt Malti. Is-Sur Mamo sahaq li minhabba li Malta hija mifnija b’wirt ta’ valur kbir, hemm il-bzonn immedjat ta’ ghajnuna mis-settur privat.
L-Armerija tal-Palazz fethet il-bibien taghha fl-1860 u kienet l-ewwel muzew pubbliku stabbilit f’Malta. L-Armerija ghandha wahda mill-akbar kollezzjonijiet ta’ l-armi fid-dinja li ghandha sal-lum mizmuma fil-bini originali taghha. Il-kollezzjoni hija maghmula minn varjeta kbira ta’ armerija u armi li jmorru lura ghas-seklu 15, propju meta l-Kavallieri kienu jokkupaw il-gzira ta’ Rodi. Dawn l-artefatti huma xiehda ta’ l-izvilupp li sehh fid-disinn ta’ l-armerija u l-armi fi zmien 300 sena, sa meta l-Ordni telqet minn gziritna lejn tmiem is-seklu 18. L-Armerija ghandha ukoll materjal militari ta’ origini Taljani, Germanizi, Francizi u Spanjoli. Bla dubju, l-aktar ornament li jispikka bir-rikezza kollha tieghu hija l-armerija li kien jilbes il-Granmastru Alof de Wignacourt ghall-parati.
L-Armerija tal-Palazz hija miftuha mit-Tnejn sal-Hadd mid-09:00 sal-17:00 bl-ahhar dhul ikun fl-16:30. |