Julian J. Mamo, Direttur ta’ GasanMamo Insurance, l-isponsors tal-avveniment, wera l-gratitudni tiegħu f’isem il-kumpanija, lejn organizzazzjonijiet volontarji bħall-Emergeny Fire & Rescue Unit. “Aħna kburin b’ħafna zgħazagħ Maltin li jagħtu l-ħin u l-enerġija biex jgħinu lill-ħaddieħor. Nisperaw li l-kontribut ta’ GasanMamo jservi ta’ motivazzjoni u ta’ appoġġ morali.”
Is-Cycling for Charity Tour jibda l-Ġimgħa minn Pozzallo u jgħaddi minn Modena, Ragusa, Francofonte sa Lentini. F’Lentini ċ-ċiklisti u t-tim ta’ appoġġ jitilqgħu lejn ir-residenza Il Giardino del Sole. It-tour ikompli minn Lentini u jgħaddi minn Sigonella, Paterno, Nicolosi, Etna Sud sa Catania fid-8 ta’ Mejju.
Iċ-ċiklisti se jkunu għaddejjin b’veloċità ta’ 16 sa 20 km fis-siegħa fuq distanza ta’ 300km. L-organizzaturi jisperaw li jkopru d-distanza kollha għall-ewwel ġurnata sal-5pm. Dan jagħtihom ħin biżżejjed għal spuntino u l-mistrieħ. L-għada l-ġurnata tibda fis-7am b’kolazzjon ta’ malajr biex ikunu jistgħu jkomplu l-avventura fid-9am. Ir-rotta kienet ppjanata mill-EFRU bl-għajnuna tan-navigatur professjonist Audrick Plum.
L-ispejjeż kollha għall-isfida Cycling for Charity se jħallashom GasanMamo Insurance. Għalhekk id-donazzjonijiet tal-pubbliku bl-SMS imorru direttament għand il-Hospice Movement. Dawk li jixtiequ jagħmlu donazzjoni jistgħu jibagħtu SMS fuq 50618089 għal donazzjoni ta’ €4.66 jew 50619244 għal donazzjoni ta’ €11.65. |