| GasanMamo Insurance ticcelebra l-Għaxar Anniversarju
Kien matul ix-xahar t’Ottubru t’għaxar snin ilu meta f’merger bejn Gasan Insurance Agency u Galdes & Mamo Ltd fl- 1999, ingħaqdu w inholqot id-ditta magħrufa sew minn kulħadd, GasanMamo Insurance. Għal din l-okkazzjoni tneda pranzu li għalih kienu mistiedna il-Prim Ministru, is-Segretarju Parlamentari għall-Erajru Pubbliku u Artijiet, il-Kap tal-Oppozizzjoni u l-Kelliem Ewlieni tal-Finanzi tal-Partit Laburista. Fost il-mistiedna distinti attendew regulaturi, Diretturi kif ukoll s-Senior Management tal-kumpanija. L-Onorevoli Ministru tal-Finanzi għalkemm kien mistieden ma setax jattendi peress li kien fuq xogħol barra minn Malta.
Fl-1999 l-kumpanija bdiet it-triq ta’ tkabbir, triq li minnha bbenifikaw l-partijiet kollha nteressati (Stakeholders). Il-kumpanija kabbret il-preżenza tagħha fis-suq, fetħet fergħat ġodda ma’ Malta u bdiet toffri prodotti ġodda lil klijenti taghha. Il-pass prudenti li bih il-Bord tad-Diretturi mexa matul dan iż-żmien offra stabilita’ f’suq volatili.
Għall-ewwel erba’ snin GasanMamo Insurance kienet agenzija tal-assikurazzjoni, tirrapreżenta lil CGU Insurance, li hi parti mill-ikbar assikurazzjoni Ingliża, Aviva. Fl-2003 GasanMamo Insurance saret kumpanija tal-assikurazzjoni hi stess – pass importanti fl-evoluzzjoni tal-kumpanija. Din it-transizzjoni saret minajr l-ebda skoss, fejn l-għola livelli tas-servizz li GasanMamo Insurance tant temmen fihom baqħu jingħatu lill-klijenti kif ukoll assigurat is-sahha economika tal-kumpanija.
Filwaqt li faħħar il-kumpanija għal dan l-anniversarju, il-Prim Ministru iffoka fuq l-iżvilupp tal-industrija ta’ l-assikurazzjoni u tas-servizzi finanzjarji ġewwa Malta. Dr Gonzi qal li 9tul dawn l-aħħar snin, l-industrija tal-assikurazzjoni ttrasfurmat ruħha minn waħda domestika bi ftit kumpaniji għal waħda internazzjonali. Is-settur llum ilaħħaq mal-54 kumpanija tal-captive u assikurazzjoni kummerċjali b’numru ta’ sussidarji ta’ kumpaniji internazzjonali kif ukoll aktar minn 50 kumapanija tal-immaniġjar ta’ assikurazzjoni, brokering u servizzi oħra intermedjarji. Minħabba dan l-iżvillup inħolqu aktar positijiet tax-xogħol f’dan is-settur bir-rata tat-tkabbir fl-impjiegi tilħaqq 4% matul l-2008. Dan il-livell ta’ tkabbir issokta din is-sena bir-rata tilħaq qrib l-4%. “ Il-Prim Ministru tenna li dan is-settur għandu l-karatteristiċi biex ikompli jespandi u jkabbar l-kontribuzzjoni tiegħu fit-tkabbir tal-ekonomija u l-ħolqien tax-xogħol.
"L-merger kien success kbir u l-kumpanija kibret u nbidlet f’waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin f’Malta," qal ic-Chairman , s-Sur J Gasan matul d-diskors għall-okazzjoni. S-Sur Gasan irringrazzja lil kul min ikkontribwixxa għal dan is-success fosthom r-regolaturi, l-Bord tad-Diretturi, l-Management u l-istaff kif ukoll u mhux l-anqas l-klijenti li mingħajrom dan is-success ma setgħax ikun.
|